Il-Qorti ma tilqax talba minn Gaffarena biex isir kuntratt u jieħu proprjetà fil-Belt

F'eku tal-kontroversja li kienet nqalgħet il-Qorti ma tilqax talba minn Marco Gaffarena biex tordna li jsir kuntratt li jagħtih kwart ta' proprjetà fi Triq Zekka li se tkun esproprijata mill-Gvern

Marco Gaffarena
Marco Gaffarena

Il-Qorti ma laqgħetx talba ta' Marco Gaffarena biex din tisforza bejgħ ta' kwart ta' proprjetà fi Triq Żekka il-Belt Valletta, proprjetà li kienet spiċċat f'nofs kontroversja hekk kif partijiet minnha kienu esproprijati mill-Gvern, mingħand l-istess Gaffarena. L-akkuża kienet li Gaffarena kien jaf bit-tali esproprijazzjoni minn qabel u fil-proċess kien qed jagħamel profitti kbar.

Il-Qorti qalet illi Gaffarena jaf illi s-sidien mhumiex qiegħdin f'pożizzjoni li jbigħu din il-parti tal-proprjetà għaliex hija suġġett għal esproprijazzjoni, "li kien jaf biha Gaffarena iżda ma nfurmax biha lid-difiża." Dan idur mal-kwistjoni kollha li kienet diskussa u saħansitra waslet għal riżenja, hekk kif allegatament xi ħadd kien qed jinforma lil Gaffarena li din il-proprjetà partikolari kienet se tiġi esproprijata, xi ħaġa li jirriżulta li lanqas ma kienu jafu biha."

B'hekk il-Qorti ddeċidiet li bl-esproprijazzjoni id-difiża ma tistax timxi mal-obbligi tagħha, skont il-konvenju. 

Il-Qorti qalet illi għalhekk ma tistax tordna li dan il-kuntratt ikun iffurmat, lanqas tordna bidla fil-konvenju, "inkella tkun qed tagħmel fetehim ġdid u mhux tesegwixxi l-ftehim mwiegħed."
 

More in Qrati u Pulizija