Jitressaq il-Qorti akkużat li ta daqqa b'arma tan-nar lil anzjan ta' 87 sena

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Spiteri

Raġel ta' 35 sena residenti x-Xewkija tressaq il-Qorti akkużat li l-bieraħ ta daqqa jew daqqiet b'arma tan-nar u kkaġuna ġrieħi gravi lil anzjan ta' 87 sena. 

L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet tal-Qorti.

Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni favur ir-raġel ta’ 87 sena.

 

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Spiteri. 

More in Qrati u Pulizija