Żagħżugħ ta' 17-il sena jinstab ħati li seraq flus kontanti minn stabilliment f'Għawdex

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Spiteri.

Żagħżugħ ta' 17-il sena residenti l-Marsa tpoġġa taħt probation għal perjodu ta' tliet snin wara li nstab ħati li seraq ammont ta' flus kontanti minn stabbiliment fiż-Żebbuġ Għawdex.

L-akkużat wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u tqiegħed taħt ordni ta’ probation għal perjodu ta’ tliet snin. Huwa ġie ordnat ukoll iħallas is-somma ta’ €172.45 lill- vittma f’perjodu ta’ tliet snin.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Spiteri.

 

More in Qrati u Pulizija