'Kull min jinstab ħati ta' vjolenza sesswali għandu jingħata sentenza ta' ħabs effettiva'

Il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika turi t-tħassib tagħha għal deċiżjoni riċenti tal-Qorti tal-Appell

Il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika insistiet li min jinstab ħati ta' vjolenza sesswali, għandu jiġu kkundannat għal piena ta' ħabs effettiva

“Din għandha tkun in-norma u mhux l-eċċezzjoni,” insistiet il-Kummissjoni.

Hija qalet dan fi stqarrija b’reazzjoni għal sentenza riċenti tal-Qorti tal-Appell Kriminali fejn persuna li nstabet ħatja ta' reati li jinvolvu vjolenza ta' natura sesswali kellha l-piena ta' ħabs effettiva ta' tmintax il-xahar mibdula f'sentenza sospiża.

“Filwaqt li l-Kummissjoni ma tħossx li għandha tintrometti fuq ir-raġunijiet li wasslu lil Qorti tal-Appell biex tibdel sentenza ta’ ħabs f'każ daqstant serju, fl-istess waqt il-Kummissjoni ma tistax ma tesprimix it-tħassib tagħha dwar il-messaġġ li tibgħat sentenza bħal din lil min jikkommetti dawn it-tip ta' reati,” insistiet il-Kummissjoni.

Temmet tappella lill-Qrati biexf'sentenzi futuri jirriflettu aħjar dak li wara kollox ried il-leġiżlatur meta permezz ta' emedni riċenti żied sostanzjalment il-pieni li għandhom jiskontaw dawk il-persuni li jagħmlu dawn it-tip ta' reati.

More in Qrati u Pulizija