Tliet snin ħabs wara li jinstab ħati b'numru ta' serqiet minn karozzi

L-kkużat wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih 

Raġel ta’ 27 sena mill-Gżira ġie kkundannat is-sentenza ta’ tliet snin ħabs wara li nstab ħati b'serje ta' serqiet minn diversi karozzi.

Ir-raġel tressaq il-Qorti illum quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke akkużat b’numru ta’ serqiet tul dawn l-aħħar tliet xhur. Hu mifhum li l-akkużat kien seraq numru ta’ affarijiet minn karozzi differenti li l-valur tagħhom ilaħħaq mal-€2329.

Apparti minn dawn l-akkużi, r-raġel ġie mixli li kkaġuna ħsara fuq l-istess vetturi.

Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Jonathan Ransley esibit fil-Qorti numru ta’ affarijiet misruqa li nstabu fil-pussess tal-akkużat. Filmati tas-sigurtà kienu wkoll esibiti fil-Qorti.

L-akkużat wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih bil-Qorti tikkundannah is-sentenza ta’ tliet snin ħabs.

More in Qrati u Pulizija