Tliet żgħażagħ jinqabdu fil-fatt se jittraffikaw id-droga

Iż-żgħażagħ ġew arrestati fil-bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan

Tliet żgħażagħ ġew arrestati wara li nqabdu se jittraffikaw id-droga fil-bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan.

Iż-żgħażagħ, Afrikani, kellhom fil-pussess tagħhom ammont ta' boroż mimlija ħaxixa tal-kannabis u trab abjad suspettat kokaina

L-etajiet taż-żgħażagħ ivarjaw minn 20 sa 24 sena, b'wieħed minnhom residenti Ħal Qormi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin u l-persuni mistennija jitressqu l-Qorti taħt arrest għada.

More in Qrati u Pulizija