Sentenza mnaqqsa għal frodist li ssellef €3,400 minn għand sieħbu

Fis-sentenza tagħha, il-Qorti tal-Appell Kriminali saħqet li r-raġel kien irċieva l-flus b’mod ta’ frodi iżda ma setgħetx tipprova l-akkuża ta’ arrikkiment indebitu.

Raġel li qiegħed jiskonta s-sentenza ta' priġunerija minħabba każijiet ta' frodi, illum kellu s-sentenza ta’ 30 xahar ħabs mnaqqsa b’sitt xhur. Dan wara li l-Qorti tal-Appell ikkonkludiet li għalkemm l-akkużat kien fil-fatt ħati fuq l-akkuża ta' frodi, dik ta' arrikkiment indebitu ma setgħax tiġi ppruvata .

Arrikkiment indebitu huwa meta l-assi ta' persuna jiżdiedu b'mod mhux ġust u għad-detriment tal-partijiet l-oħra.

Fl-2015, ir-raġel kien wieġeb ħati għall-akkużi li ffroda €3,400 minn għand sieħbu, wara li dan tal-aħħar sellfu dawn il-flus għall-operazzjoni medika. Apparti minn, hekk f’każ separat huwa kien ġie kkundannat disa’ snin ħabs wara li ffroda mal-100 klijent li tawh depożitu għall-karozzi li hu kellu suppost jimporta mir-Renju Unit. Iżda mhux biss hekk kif sena wara, huwa kien nstab ħati wkoll li għamel użu minn ċekk falz sabiex jixtri arloġġ lussuż.

Fis-sentenza tagħha, il-Qorti tal-Appell Kriminali saħqet li r-raġel kien irċieva l-flus b’mod ta’ frodi iżda ma setgħetx tipprova l-akkuża ta’ arrikkiment indebitu.

“Ir-reat jseħħ fil-mument li l-oġġett fdat jkun użat mill-akkużat, qalet il-Maġistrat.

Fid-dawl ta’ dan kollu, s-sentenza tar-raġel ġie mnaqqsa b’sitt xhur.

More in Qrati u Pulizija