Żewġt irġiel fl-iżbarra akkużati bi vjolenza domestika

Wieħed mill-irġiel hedded li joqtol lis-sieħba tiegħu u l-ieħor refa' jdejh fuq is-sieħba waqt li kien fis-sakra

Żewġt irġiel tressqu l-Qorti dalgħodu, f’żewġ każi separati, akkużati bi vjolenza domestika,

L-ewwel akkużat kien raġel ta’ 39 sena minn Ħal Qormi, bil-Prosekuzzjoni tispjega kif ir-raġel hedded lis-sieħba tiegħu li kien lest joqtolha jekk jaraha ma’ raġel ieħor.

Huwa wieġeb mhux ħati, bl-Avukat jisħaq li s-sieħba gidmet lill-akkużat u anke kkawżatlu ġrieħi ħfief.

Jidher li l-koppja ilha bil-problemi għal dawn l-aħħar ħames snin.

L-Ispettur Sarah Zerafa spjegat kif mhux l-ewwel darba li kellhom rapporti mill-koppja iżda l-proċeduri kriminali dejjem waqfu għax it-tnejn li huma ħaffru lil xulxin.

Ir-raġel se jinżamm arrestat sakemm tixhed il-mara.

It-tieni akkużat kien raġel ta’ 45 sena minn Birkirkara. Huwa qed ikun akkużat li refa’ idejh fuq martu waqt li kien fis-sakra.

Huwa wieġeb ħati tal-akkużi

L-Avukat tiegħu qalet lill-Qorti li r-raġel iddispjaċih għal dak li għamel u li kien lest jirċievi l-għajnuna biex jikkontrolla r-rabja.

Huwa se jinżamm arrestat sakemm isir rapport li għandu jgħin lill-Qorti biex tagħtih sentenza.

More in Qrati u Pulizija