Raġel jinqabad jimporta l-kannabis minn Sqallija

Raġel Rumen, mingħajr impjieg jinqabad idaħħal ftit iktar minn 6Kg kannabis f'Malta ...

Raġel Rumen ta' 31 sena qed ikun akkużat illi importa l-kannabis f'Malta wara li nqabad biha minn klieb, mal-wasla tiegħu minn Sqallija. 

Kien nhar il-11 ta' Settembru fil-port tal-Marsa illi seħħet din il-qabda minn uffiċjali tad-dwana fit-terminal tal-Virtu Ferries.

Sitt karozzi twaqqfu u kienu ċċekkjati mill-pulizija. Wieħed mill-klieb beda jsir aġitat lejn BMW X5 , li hija tal-akkużat. Il-pulizija sabu f'kompartament tal-karozza, diversi pakketti b'sustanza ħadra li b'kollox kienet tammonta għal 6.5 Kg. Kemm id-droga u anke l-karozza kienu kkonfiskati. 

 L-akkużat m'għandux impjieg u jgħix Buġibba.

Huwa wieġeb mhux ħati, imma l-Qorti ordnat li l-assi kollha tal-akkużat ikunu ffriżati u li ma jitħalliex ibigħ proprjetà mobbli. 

Huwa nżamm taħt arrest. 

More in Qrati u Pulizija