15-il xahar ħabs għall-plejer tal-futbol wara li jammetti illi ta fastidju lill-eks sieħba tiegħu

Huwa ammetta l-akkuża illi ġiegħel lill-eks sieħba tiegħu tibża' li se tintuża l-vjolenza kontriha

Plejer tal-futbol internazzjonali Malti ngħata sentenza ta' 15-il xahar ħabs wara li sabitu ħati illi ta fastidju lill-eks sieħba tiegħu. 

Huwa ammetta l-akkuża illi għamel użu ħażin minn mowbaj, li ġiegħel lill-eks sieħba tiegħu tibża' li se tintuża l-vjolenza kontriha u li ffastidjaha.

Il-Qorti qalet illi qed titratta l-każ bħala wieħed ta' vjolenza domestika, fid-dawl tal-fatt ukoll illi l-Qorti kienet diġa ordnat lill-akkużat biex ma jersaqx lejn il-vittma, kundizzjoni li hu kiser. 

"Il-mod kif l-akkużat ippersista b'dan l-atteġġjament ikkontribwixxa għall-ansjetà fl-eks sieħba tiegħu, fost affarijiet oħrajn," sostniet il-qorti.  

Il-Qorti ordnat li jkun arrestat għal disa' xhur filwaqt illi jingħata sitt xhur oħra marbutin mas-sentenza preċedenti li kellu, biex b'kollox spiċċa b'total ta' 15-il xhar. 

More in Qrati u Pulizija