Riesaq lejn tmiemu l-ġuri tal-irġiel akkużati li ħatfu u stupraw tfajla f'karozza

Skont sorsi fil-Qorti, jirriżulta li l-ġurati bħalissa qed jiddeliberaw bil-verdett mistenni jingħata llejla

Il-ġuri dwar iż-żewġt irġiel akkużati li ħatfu u stupraw tfajla Taljana riesaq lejn it-tmiem tiegħu, sebat ijiem wara li beda jinstema’ wara l-bibien magħluqa.

Skont sorsi fil-Qorti, jirriżulta li l-ġurati bħalissa qed jiddeliberaw bil-verdett mistenni jingħata llejla.

Iż-żewġt irġiel, mill-Burkina Faso u n-Niġerja, qed ikunu akkużati li ħatfu Taljana mill-Bajja ta’ San Ġorġ f’Lulju tal-2016. 

Il-Pulizija kienu sabu vettura f’Pembroke. Raġel kien fuq barra u telaq jiġri malli lemaħ il-Pulizija.

L-akkużat l-ieħor kien fil-karozza, mingħajr qalziet, bl-allegata vittma tgħajjat għall-ajjut.

More in Qrati u Pulizija