Il-'lukanda' tal-immigranti f'Buġibba se tibqa' miftuħa b'ordni tal-Qorti

Il-Qorti tordna lis-sid tal-binja Paloma f'Buġibba biex inaddaf il-post imma tiħsaq li l-binja għandha tibqa' miftuħa għax l-immigranti m'għandhomx fejn jgħixu

Il-binja magħrufa bħala Paloma u li kienet f'nofs kontroversja ġimagħtejn ilu hekk kif numru ta' immigranti tkeċċew minnha minn operazzjoni tal-pulizija li ġibdet l-attenzjoni tal-midja u l-pubbliku, mhux se tkun qed tagħlaq, wara kollox! L-awtoritajiet tas-saħħa kienu qalu illi l-binja kienet tinsab fi stat ta' emerġenza. 

Il-Qorti wissiet illi jeħtieġ isir xogħol biex ħadd ma jitpoġġa f'riskju, 

Is-sid tal-binja u Blue Angel Apartments kien infurmat illi minkejja li x-xogħol ta' mauntenzjoni kienu diġa bdew isiru, iktar xogħol għandu bżonn isir "kemm jista' jkun malajr" minn arkitetti appuntati mill-Qorti. 

Nhar is-26 ta' Awwissu l-awtoritajiet tas-saħħa wettqu rejd fil-binja u żgumbraw 100 persuna minn din il-lukanda li qabel kienet skola tar-Russi, f'żona f'Buġibba li hija wkoll popolari ma' immigranti Afrikani. 

Il-binja kienet deskritta bħala waħda maħmuġa, b'nuqqas ta' elettriku, bla lift u sodod imkissrin. 

Il-Qorti, filwaqt illi fakkret li s-saħħa pubblika hija importanti, fakkret ukoll li l-immigranti in kwistjoni m'għandhomx fejn jgħixu 

Il-Qorti għalhekk iddeċidiet li l-Paloma tista' tkompli għaddejja bin-negozju, imma l-Qorti talbet biex il-binja titnaddaf u tkun tal-livell mitlub mill-awtoritajiet tas-saħħa u l-arkitetti tal-Qorti kemm jista' jkun malajr,. 

 

More in Qrati u Pulizija