Il-ġuri tal-Vojt kellu jiġi pospost għat-tieni darba

Dan wara li l-Avukati tal-familja tal-vittma saħqu li l-ġurati setgħu ġew ippreġudikati mill-midja

Il-ġuri ta’ Etienne Bartolo, magħruf bħala ‘il-vojt’ kien pospost għat-tieni darba, din id-darba wara li l-avukati Franco Debono, Amadeus Cachia u Marion Camilleri argumentaw li l-ġurati setgħu ġew ippreġudikati mill-midja u l-iżball amministrattiv li wassal biex it-Tnejn li għadda, l-istess ġuri, kellu jiġi pospost.

Bartolo jinsab akkużat u se jkun qed jgħaddi ġuri dwar il-qtil ta’ żagħżugħ f’Birkirkara, f’Marzu tal-2017.

L-Avukati, li qed jirrappreżentaw lill-familja tal-vittma ressqu din l-applikazzjoni quddiem il-Qorti Ċivili ftit ħin biss qabel kellu jibda jinstema’ l-ġuri u għalhekk is-smigħ kellu jkun pospost sakemm tittieħed id-deċiżjoni fuq dik it-talba.

L-Imħallef kellu jsejjaħ il-ġurati, li kienu ilhom tliet sigħat jistennew biex jibda l-ġuri, biex ikun jista’ jispjegalhom is-sitwazzjoni.

Min-naħa tagħhom, l-Avukati tal-akkużati, Edward Gatt uMark Vassallosaħqu li Etienne Bartolo jrid li ssir ġustizzja, iżda issa se jkollu jistenna.

More in Qrati u Pulizija