Pospost ġuri dwar qtil wara żball amministrattiv bil-lista tal-ġurati

Il-lista tal-ġurati ma kinitx ippubblikata fuq il-Gazzetta tal-Gvern kif titlob il-liġi

Ġuri dwar qtil li kellu jibda llum kellu jiġi postpost fl-aħħar minuta wara żball amminstrattiv bi-lista tal-ġurati.

Il-ġuri kellu jkun pospost għal data li għad trid titħabbar hekk kif il-lista tal-ġurati potenzjali ma kinitx ippubblikata fuq il-Gazzetta tal-Gvern.

Madwar 150 membru tal-pubbliku kellhom jgħaddu mill-iscreening inizzjali biex minnhom jiġu magħżula dawk li kellhom ikunu l-ġurati f’dan il-ġuri.

Dawn kellhom jiġu magħżula llum stess.

L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera ħarġet digriet tard ilbieraħ filgħaxija biex tinforma li l-ġuri ġie pospost u talbet investigazzjoni dwar dan il-każ.

Il-każ huwa dwar il-qtil taż-żagħżugħ ta’ 26 sena Roderick Grech li kien seħħ f’Marzu tal-2017 fin-Naxxar.

Grech kien inqatel b’daqqiet ta’ sikkina.

Intant, diversi persuni li setgħu jiġu magħżula bħala ġurati kienu laħqu waslu l-Qorti dalgħodu.

More in Qrati u Pulizija