Erba' snin ħabs wara li seraq depożitu 13-il sena ilu

Il-każ immur lura għas-sena 2006, meta kuntrattur seraq id-depożitu ta'  Lm75,000 minn għand żewġ bejjiegħa

Kuntrattur li seraq Lm75,000 (€174,700) minn għand żewġ klijenti lura fl-2006, illum ġie kkundannat erba’ snin ħabs. Ir-raġel illum ta’ 60 sena kien ordnat ukoll mill-Qorti jirritorna lura l-flus li seraq.

Fil-Qorti, l-Assistent Kummissarju tal-Pulizija Ian Abdilla spjega kif ir-raġel kien wassal biex inganna liż-żewġt irġiel. Skontu l-ewwel ftehim bejn iż-żewġ partijiet kien propju għandu x’jaqsam ma’ dar u żewġ ħwienet f’Tas-Sliema  i wara li kien ġie ffirmat il-konvenju u tħallas id-depożitu, il-bejjiegħa saru jafu li l-art kienet fil-mira tal-Gvern għall-esproprjazzjoni.

Wara li dan il-ftehim sfaxxa, l-akkużat offriluhom biċċa art f’Birżebbuġa, qrib żona magħrufa bħala ‘tal-gas’. Hawnhekk l-akkużat kien irnexxilu jikkonvincihom iħallsu d-depożitu ta’ Lm 75,000 fuq il-propjetà.

Madanakollu, it-trasferiment tal-propjetà u l-konvenju qatt ma sar. Il-Qorti semgħet ukoll kif l-akkużat kien dam ġej bis skuża għal dan id-dewmien fosthom li wieħed mill-bejjiegħa kien jinsab fl-Isptar Monti Karmeli.

Fid-dawl ta’ dan id-dewmien, iż-żewġ bejjiegħa ressqu ilment kriminal kontra r-raġel li illum fil-Qorti wieġeb mhux ħati.

Fis-sentenza tagħha, il-Qorti sabet lil Vassallo ħati ta’ frodi u kkundannatu għal sentenza ta’ erba’ snin ħabs u ordnatlu jrodd lura Lm75,000.

More in Qrati u Pulizija