Sentenza sospiża wara li seraq mill-istess ħanut tliet darbiet f'xahar

Fil-Qorti ħareġ ukoll li l-akkużat kien diġà weħel sentenza effettiva ta’ ħabs wara li nstab ħati ta’ pickpocketing.

Illum fil-Qorti raġel ammetta li seraq mill-istess ħanut tliet darbiet f’xaha

Ir-raġel ta’ 40 sena mir-Rumanija ġie mixli b’numru ta’ serqiet minn Supermarket fil-Mellieħa. Persuna oħra li jidher li kienet kompliċi mar-raġel se tkun qed titressaq il-Qorti b’seduta separata.

Fil-Qorti ħareġ ukoll li l-akkużat kien diġà weħel sentenza effettiva ta’ ħabs wara li nstab ħati ta’ pickpocketing.

Il-Qorti qalet li minkejja li r-raġel kien akkużat b’reċidività, fis-seduta tal-lum ma kien preżentat l-ebda evidenza tas-sentenzi preċedenti.

Fuq nota simili, l-Qorti qalet li ma setgħetx issib ir-raġel ħati fuq l-akkuża li rritorna Malta wara li kien iddeportat, minħabba li għal darb’oħra din ma ġietx sostnuta mill-provi.

Fis-sentenza tagħha, l-Qorti ikkundannat lir-raġel 18-il xahar, sospiż għal sentejn. Huwa ġie ordnat ukoll li jirritorna l-€85 misruqa fi żmien sitt xhur.

L-Ispettur Clayton Camilleri mexxa l-prosekuzzjoni.

More in Qrati u Pulizija