Żagħżugħ akkużat illi kellu fuqu 66 pakkett ta' trab abjad waqt party

Żagħżugħ jitressaq il-Qorti wara li jinqabad b'66 pakkett ta' trab abjad waqt party nhar Santa Marija

Wieħed mill-bosta traffikanti tad-droga li nqabdu waqt party ir-Rabat kien akkużat illum, quddiem il-Qorti, illi kellu fuqu 66 pakkett ta' trab abjad.

L-akkużat beda jibki hekk kif deher quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke, b'ommu u missieru warajh viżibilment emozzjonati wkoll. 

L-uffiċjali tal-Pulizija li xehdu u li qed imexxu l-Prosekuzzjoni qalu illi bejn il-lejl tal-15 u s-16 ta' Awwissu raw lil żewġ irġiel żgħażagħ mdawrin bi grupp ta' nies. 

Meta marru biex jinvestigaw it-tnejn li huma telqu jiġru, imma eventwalment il-Pulizija qabduhom. 

Huma qalu li ż-żagħżugħ inqabad fis-1:30 a.m u għall-ewwel l-akkużat beda jirreżisti l-arrest. Spjegaw kif il-pakketti ta' trab abjad instabu fil-qalziet tiegħu. 

Il-Qorti ma laqgħetx it-talba tad-difiża għall-ħelsien mill-arrest. 

More in Qrati u Pulizija