Il-Qorti tordna li l-art biswit Ħaġar Qim għandha terġa' tgħaddi f'idejn il-propjetarji

Il-każ immur lura għas-sena 2005.

Illum il-Qorti Superjuri tal-Appell ikkonfermat is-sentenza tal-Qorti tal-Maġistrati li 14-il sena ilu kienet ordnat li l-art li fuqha inbena r-ristorant illegali f'Ħaġar Qim għandha terġa' tgħaddi f'idejn il-propjetarji.

Il-każ imur lura għall-2005 meta l-eredi tal-propjetarji, kienu ppreżentaw kawża kontra l-operatur tar-ristorant. Huma kienu argumentaw li l-art kienet għaddiet għandhom b’kera iżda maż-żmien saru alterazzjonijiet strutturali estensivi fil-propjetà;  fosthom ir-ristorant. Huma kien ilmentaw li dawn saru wkoll mingħajr il-kunsens tal-omm jew tat-tfal tagħha.

Minn naħa l-oħra, l-avukati tad-difiża kienu argumentaw li l-kirja kienet protetta mill-liġi minħabba li kienet saret qabel is-sena 1995.

Fid-dawn ta’ dawn l-argumenti, il-Qorti kienet ikkonfermat it-talba tal-applikanti iżda s-sid ir-ristorant kienet ressqet appell fl-2017. Dan l-appell kien intilef ukoll. Sussegwentement hi kienet ilmentat li l-liġi kienet ġiet applikata b'mod żbaljat fil-konfront tagħha.

Madanakollu il-Qorti illum qalet li t-talba tal-applikanta kienet ġiet ippreżentata ħafna wara li jkun għadda t-terminu previst mil-liġi u li l-liġi tistipula li kull min jitlob kawża mill-ġdid għandu jsemmi fl-applikazzjoni tiegħu, liema liġi naqqset biex tiġi applikata fil-konfront tiegħu “F’dan il-każ,” qalet il-Qorti, “din ma saritx.”

Fid-dawl ta' dan, il-Qorti, ippreseduta mill-Imħallef Giannino Caruana Demajo, l-Imħallef Joseph R. Micallef u l-Imħallef Noel Cuschieri ċaħdet it-talba sabiex il-proċess mill-ġdid. L-art ġiet ordnata biex tgħaddi lura għand il-familja. 

L-Avukat Michael Tanti Dougall deher għall-familja filwaqt li l-Avukat Franco Galea deher għall-applikant.

More in Qrati u Pulizija