Jinżamm arrestat it-tieni raġel akkużat b'serqa fuq anzjana

Nhar it-Tnejn illi għadda, l-Pulizija resqet il-Qorti raġel ieħor b'konnessjoni ma' din is-serqa li wkoll qed jinżamm taħt arrest preventiv.

Raġel ta’ 24 sena baqa’ jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li fforma parti minn gang, li l-ġimgħa l-oħra serqet anzjana fil-Belt Valletta.

L-akkużat li huwa mill-Ungerija kien akkużat b’serq aggravat b’vjolenza u kif ukoll li ġar sikkina fuqu mingħajr liċenzja tal-Pulizija u li kien riċediv.

Nhar it-Tnejn illi għadda, l-Pulizija resqet il-Qorti raġel ieħor b'konnessjoni ma' din is-serqa li wkoll qed jinżamm taħt arrest preventiv.

L-Ispettur Kylie Borg spjegat fil-Qorti li r-raġel kien allegatament wettaq dan ir-reat propju tliet ijiem wara li kien ingħata l-ħelsien mill-arrest mill-Qorti f'każ separat. Spjegat ukoll li r-raġel kien instab mill-Pulizija f’lukanda.

Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, bil-Qorti tordna li raġel jinżamm fil-kustodja tal-Pulizija.

Il-Maġistrat Audrey Demicoli ppresediet is-seduta, l-Ispetturi Fabian Fleri, Lydon Zammit u Kylie Borg mexxew l-prosekuzzjoni filwaqt li l-avukat Mark Mifsud Cutajar deher għall-akkużat.

More in Qrati u Pulizija