l-MUMN tiftaħ protest ġudizzjarju dwar rikonoxximent ta' fiżjoterapisti

L-MUMN tiftaħ protest ġudizzjarju hekk kif qed tinsisti li l-maġġoranza tal-fiżjoterapisti fid-Dipartiment tas-Saħħa huma membri tagħha

L-MUMN tmur il-Qorti dwar rikonoxximent ta' fiżjopterapisti
L-MUMN tmur il-Qorti dwar rikonoxximent ta' fiżjopterapisti

L-Unjin Maltija tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) fetħet protest ġudizzjarju illi fih qed targumenta li tentattivi biex unjin oħra tingħata rikonoxximent waħdieni ta' ħaddiema, li l-MUMN qed tgħid illi huma membri tagħha, qed tikser id-drittijiet tal-ħaddiema membri tagħha. 

L-MUMN qalet illi hi ingħatat rikonoxximent waħdieni tal-fiżjoterapisti li jaħdmu fid-Dipartiment tas-Saħħa, grupp ta' ħaddiema kklassifikati bħala Allied Health Practioners, fl-2016. Riċentement iżda uffiċjali fl-uffiċċju tal-Prim Ministru qalulhom li l-Union Ħaddiema Magħqudin ingħataw rikonoxximent ta' dawn il-grupp ta' ħaddiema. 

Il-protest infetaħ kontra l-Prim Ministru, is-Segretarju Permanenti Prinċipali fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, id-Direttur Industrijali u tar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Avukat Ġenrrali. 

L-MUMN oġġezzjonat bis-saħħa kontra kull attentat li jimmina r-rikonoxximent tagħha. "Il-UĦM ikollha dritt tirrappreżenta lil dawn il-ħaddiema jekk ikollha maġġoranza. Il-maġġoranza tal-fiżjoterapisti huma membri tagħna, mhux tal-UĦM." 

More in Qrati u Pulizija