Jitkeċċa minn programm ta' rijabilitazzjoni u jinqabad jisraq fil-Belt u l-Furjana

Ir-raġel wieġeb ħati wara li nqabad il-fatt ilbieraħ u ġie arrestat

Raġel ta’ 47 sena mill-Belt Valletta nżamm arrestat sakemm tingħatalu s-sentenza wara li ammetta l-akkużi ta’ serq.

Ir-raġel ġie arrestat ilbieraħ fil-Furjana u llum ttella’ akkużat li seraq mowbajl, numru ta’ karti tal-kreditu u anke Tallinja cards, li pprova jiġbed il-flus bil-kards misruqa, li seraq tabakk u li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.

Riċentament, ir-raġel tkeċċa minn programm ta’ rijabilitazzjoni.

L-Avukat Arthur Azzopardi saħaq li l-akkużat għandu bżonn l-għajnuna waqt li insista li se jkun qed jibda programm ġdid ta’ rijabilitazzjoni.

 

More in Qrati u Pulizija