Studenta takkuża lil raġel illi abbużaha waqt li kienet rieqda

Ir-raġel kien qed jilqa' lil din it-tfajla u lil oħra, it-tnejn f'Malta bħala studenti...

Raġel li kien qed jilqa' f'daru żewġ studenti barranin kien akkużat illi abbuża sesswalment lil waħda mit-tfajliet, li tagħhom suppost kien responsabbli.

Il-Qorti semgħet kif ir-raġel daħal fil-kamra fejn kienet qegħda it-tfajla ta' 14-il sena u beda jmissha.

Il-Qorti ordnat li ma jixxandarx l-isem biex ma jkunux identifikati l-vittmi. 

Il-Prosekuzzjoni mmexxija minn Roxanne Tabone spjegat kif ir-raġel tela' fuq u daħal fil-kamra għall-ħabta tat-3:00a.m. Permezz ta' video-conference it-tfajla spjegat kif dak il-ħin kienet rieqda fis-sodda. Daħal u beda jbagħbasha, "qomt u telaq 'l hemm," spjegat. 

Hu beda jmissilha sidirha tal-lemin wara li niżlilha l-pygama. "Meta jbagħbasni u kien qiegħed ħdejn saqajja qed jersaq lejja," qalet fil-Qorti waqt li l-akkużat beda jibki u jdawwar rasu. 

"Ftit wara ġie bix-xugamani li ħalla barra l-kamra li ma kienx fiha bieb. Meta tefa' d-dawl qajjimt lil ħabibti u staqsejtha jekk nistax norqod magħha." Hi spjegat li din kienet l-ewwel darba li xi ħadd missilha sidirha.

Wara li saru numru ta' mistoqsijiet lill-vittma, il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Claire Zammit Stafrace tat lill-akkużat il-ħelsien mill-arrest ladarba l-vitttma m'għadhiex f'pajjiżna. Il-ħelsien huwa suġġett għal depożitu ta' €300 u li jiffirma fl-għassa tliet darbiet kuljum. 

More in Qrati u Pulizija