Akkużat li kkonfronta familja f'Ħal Qormi u seraqhom

Żagħżugħ ta' 23 sena akkużat illi kkonfronta familja u serqilhom oġġetti u flus

Raġel kien akkużat illi seraq flus, ġiżirana u basket, li kkawża ġrieħi ħfief fuq il-vittmi tiegħu u li kellu fil-pussess tiegħu arma illegali.

Ir-raġel, ta' 23 sena mill-Libja wieġeb li mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih. Hu qed ikun akkużat illi fi Triq Mejjila f'Ħal Qormi kien ikkonfronta familja u seraq flus u oġġetti għal valur li ma jaqbiżx l-€2,500. Hu kien akkużat ukoll li kkaġuna ġrieħi ħfief fuq persuna ta' 60 sena. "Il-klijent tiegħi wieġeb mhux ħati u maż-żmien se jirriżulta li dan huwa minnu," qal l-Avukat Franco Debono li qed jidher għalih.. 

L-akkużat huwa riċediv. 

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġsitrat Simone Grech, tat lill-akkużat il-ħelsien mill-arrest, bil-kundizzjoni li jkollu miegħu uffiċjal tal-probation u li jkun id-dar sa mhux iktar tard mid-9:30 p.m.

Hu ngħata dan il-ħelsien fuq depożitu ta' €500 u garanzija personali ta' €4,000.

L-Avukat Franco Debono u l-Avukata Kathleen Grima deheru għall-akkużat. L-Ispettur Kylie Borg mexxiet il-Prosekuzzjoni. 

 

 

More in Qrati u Pulizija