Priġunier jiftaħ protest ġudizzjarju għaliex mhux jitħalla jiżżewweġ

Huma qed jappellaw lid-Direttur Ġenerali sabiex jagħtihom permess jiżżewġu fi żmien tliet ijiem.

Priġunier li qed jiskonta sentenza ta’ ħabs illum fetaħ protest ġudizzjarju kontra d-Direttur Ġenerali tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin minħabba li skontu, “mhux iħallih joħroħ mill-ħabs sabiex jiżżewweġ lis-sieħba tiegħu.”

L-avukat tiegħu, Edward Gatt argumenta li dawn għandhom dritt jiżżewġu skont il-kostutizzjoni ta’ Malta u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem.  “Id-direttur tal-ħabs mhux iħallih joħroġ mill-ħabs skortat biex jagħmel dan. Din hi prassi normali li s-soltu tiġi applikata għall-dawk il-priġunieri li jkollhom xewqa li jiżżewġu," qal l-avukat. Żied jgħid li,  "d-Direttur qed ikun arroganti u jikser id-dritt kostutizzjonali tal-priġunier."

Huma qed jappellaw lid-Direttur Ġenerali sabiex jagħtihom permess jiżżewġu fi żmien tliet ijiem.

More in Qrati u Pulizija