Raġel meħlus lill-akkużi li pprova joqtol lil ħuh

Dan wara li l-vittma insista li ħuh ma weġġgħux apposta iżda kien inċident

Il-Qorti ħelset mill-akkużi raġel li kien akkużat li pprova jotqol lil ħuh b’daqqa’ ta’ flixkun birra mkisser.

Dan wara li fil-Qorti, il-vittma saħaq li waqa’ fuq il-flixkun u għalhekk kien ġarrab ġrieħi.

Ir-raġel ta’ 33 sena minn Bormla kien tressaq il-Qorti akkużat li pprova joqtol lil ħuh, li kkawżalu ġrieħi  gravi, li kien qed iġorr arma waqt l-inċident u li kisser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest. 

Fil-Qorti kien instema’ kif il-Pulizija kienu marru fuq il-post tal-inċident u sabu raġel b’feria sejra f’sidru, jgħajjat u jisħaq li se jpattiha lil ħuh.

L-avukat tal-akkużat kien insista li l-vittma kien weġġa’ għax kien fis-sakra u waqa’ fuq ħuh li kellu f’idu flixkun tal-ħġieġ.

Il-vittma u anke xhieda oħra kienu qalu l-istess.

Ir-rapport li kien sar lill-Pulizija dakinhar tal-inċident kien wieħed anonimu.
 

More in Qrati u Pulizija