Il-Qorti tirrilaxxa l-katavri tal-vittmi li nqatlu Ħal Għaxaq

Ikompli jinstema' l-każ tal-qtil doppju f'Ħal Għaxaq li ra omm u bint jinqatlu, bil-Maġistrat illum jirrilaxxa l-katavri

Il-vittmi ta' qtil doppju
Il-vittmi ta' qtil doppju

Il-Qorti tal-Maġistrati, mmexxija minn Joe Mifsud  li qed tmexxi l-kumpilazzjoni kontra r-raġel akkuzat bil-qtil ta' ommu u oħtu f'Ħal Għaxaq, irrilaxxat il-katavri biex dawn ikunu jistgħu jiġu midfunin

L-akkużat huwa Joseph Bonnici ta' 38 sena. 

Xhieda fil-proċeduri żvelaw kif l-akkużat allegatament spara lejn kull vittma f'rashom u wara b'arma kissrilhom rashom. 

Il-katavri kienu trasportati lejn għalqa f'Ħal Għaxaq stess fejn kienu sabuhom l-investigaturi nhar it-30 ta' Marzu. 

More in Qrati u Pulizija