'Se nneħħik mit-toroq biex ma tispiċċax ġol-qabar' - il-Maġistrat Mifsud lil raġel li attakka pulizija

Raġel li attakka, weġġa u offenda Pulizija filwaqt li kien akkużat bi vjolenza domestika jeħel sentejn ħabs

Il-Maġistrat Joe Mifsud kien iebes ma' raġel li attakka lil Spettur tal-Pulizija. L-ispettur Kylie Borg kienet sofriet minn tbenġil f'idejha wara li raġel li kien qed jiġi akkuat bi vjolenza domestika, qabadha u beda joffendiha. Heddidha li joqtolha, filwaqt li qal illi l-Maġistrat huwa kattiv u li ma kienx jaf x'inhu jagħmel. 

Il-Maġistrat sab lil dan ir-raġel ħati u tah sentaenza ta' sentejn ħabs u multa ta' €5,000. Hu se jkun ukoll trattat biex jikkontrolla r-rabja. 

"Ħa nneħħik mit-toroq biex ma tispiċċax fil-qabar," qal il-Maġistrat Mifsud. "Attakk fuq uffiċjal tal-pulizija huwa attakk fuq is-soċjetà," qal Mifsud.

 

More in Qrati u Pulizija