Is-sit illum.com.mt jinsab informat li t-tliet suspettati bl-omiċidju ta' Daphne Caruana Galizia, l-aħwa George u Alfred Degiorgio u Vince Muscat għadhom kif tpoġġew taħt att ta' akkuża u b'hekk issa formalment akkużati bil-qtil tal-ġurnalista.
Ilbieraħ fil-Qorti l-avukat il-ġdid ta' wieħed mis-suspettati, Vince Muscat argumenta li ma kien hemm l-ebda bażi legali sabiex Muscat jinżamm taħt arrest. Filwaqt li l-ġimgħa l-oħra l-aħwa Degiorgio f’rikors kostituzzjonali saħqu li d-dritt fundamentali tagħhom għal proċess ġust ġie bir-rapport ta’ Peter Omtizgt.
Aktar informazzjoni malli taslilna.