Qorti | Jinżamm arrestat fuq akkużi li hedded lill-eks sieħba tiegħu

Huwa kien mixli li kiser diversi kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest

Ritratt | Arkivji
Ritratt | Arkivji

Raġel ta’ 36 sena minn baqa’ jinżamm taħt arrest wara li ġie mixli li hedded lil-eks sieħba tiegħu. 

Ir-raġel kien akkużat li kkaġuna biża ta’ vjolenza lis-sieħba tiegħu u li kiser ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-mara. Fl-istess waqt, hu ġie mixli li saq il-karozza tiegħu mingħajr liċenzja u polza tal-assigurazzjoni u li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest tiegħu.

L-avukati tiegħu: Mario Mifsud, Franco Debono, Marion Camilleri u Arthur Azzopardi kkritikaw lill-prosekuzzjoni talli skonthom żiedu l-akkużi fil-konfront tar-raġel wara l-interogazzjoni.

"Din mhux aċċettabbli," argumentaw l-avukati, "il-mara kienet qed tipprova tagħmel kuntatt miegħu għaliex kellha bżonn l-għajnuna."

Huma appellaw lill-prosekuzzjoni sabiex ma jżommux ma' naħa jew oħra.

Minkejja dawn ir-riservi l-Qorti qalet li l-arrest kien wieħed validu.

Ir-raġel wieġeb mhux ħati u talab għall-ħelsien mill-arrest. Dan ma ġiex aċċettat fid-dawl tan-natura gravi tal-akkużi. Finalment il-Qorti ordnat lill-prosekuzzjoni sabiex fis-seduta li jmiss tixhed l-eks sieħba tiegħu.

Il-każ ikompli.

More in Qrati u Pulizija