'M'hemm l-ebda bażi legali sabiex il-Koħħu jinżamm taħt arrest'

Vince Muscat magħruf aħjar bħala l-Koħħu hu wieħed mis-suspettati fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia

Vince Muscat il-Koħħu
Vince Muscat il-Koħħu

"M'hemm l-ebda bażi legali sabiex jinżamm taħt arrest Vince Muscat,"  argumenta l-avukat il-ġdid tiegħu Arthur Azzopardi.

Dalgħodu fil-Qorti, Azzopardi li se jkun qiegħed jiddefendi lil Muscat li hu wieħed mis-suspettati fl-omiċidju ta' Daphne Caruana Galizia issottometta t-tieni applikazzjoni għall-ħelsin mill-arrest tas-suspettat.

Azzopardi se jkun qed jieħu post l-avukat Martin Fenech, li kien qed jiddefendi lis-suspettat minn Diċembru tal-2017.

L-avukat argumenta li Muscat qatt ma issemma' mix-xhieda. "Qalulna li kien qiegħed għassa mill-bogħod. M'huwiex normali li tqabbad persuna nofsa għamja biex toqgħodlok għassa," qal l-Avukat

Muscat magħruf aħjar bħala l-Koħħu kien tilef il-viżjoni minn għajn waħda wara sparatura fl-2014.

Il-qorti ippreseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, qalet li se twassal digriet mis-sigrieta.

 Il-każ ikompli f'Awwissu.

More in Qrati u Pulizija