Jinżamm arrestat ir-raġel li deher jisraq minn pompi tal-petrol ma' Omm Liam Debono

Raġel ta' 41 sena inżamm taħt arrest fuq akkużi li seraq flus minn diversi pompi tal-petrol madwar Malta

Raġel ta' 41 sena inżamm taħt arrest fuq akkużi li seraq flus minn diversi pompi tal-petrol madwar Malta fosthom fir-Raħal Ġdid, Ħaż-Żabbar, Attard, Ħal Qormi, San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa.

Allegatament ir-raġel huwa l-kompliċi ta' Omm Liam Debono,Charlotte Zammit, li f'seduta separata l-bieraħ, baqgħet miżmuma arrestata wara li tressqet il-Qorti akkużata li serqet flus minn diversi pompi tal-petrol madwar Malta. Il-prosekuzzjoni spjegat li mill-filmati tas-sigurtà l-akkużat deher jiżgassa l-kaxxi tal-flus f'pompi tal-petrol.

Illum fil-Qorti r-raġel wieġeb mhux ħati għal akkużi miġjuba kontrih filwaqt li l-avukat talbet għall-ħelsien mill-arrest.

Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat din it-talba għaliex ir-raġel ma kellu l-ebda indirizz fis u kien jorqod fil-karozza. Apparti minn dan l-Ispettur Roderick Agius spjega li hu kien diġà ngħata l-ħelsien mill-arrest u kisser l-ordnijiet tal-Qorti.

"L-akkużat għandu bżonn l-għajnuna, għandu bżonn xi ħadd biex jigwidah u jerġa' jġibu fuq saqajh. Jekk jerġa' jingħata l-ħelsien mill-arrest se jkun qiegħed jagħmel pass lura," qal l-Ispettur.

Wara li semmgħet is-sottomissjonijiet kollha il-Qorti ma laqgħetx it-talba tad-difiża u ordnat lir-raġel jinżamm taħt arrest.

More in Qrati u Pulizija