Qorti | 'Jekk nieħu l-ħelsien mill-arrest nimblokka t-triq u ejja ressaqni jekk għandek il-b*jd'

Il-Qorti tagħti sentenza ta' 18-il xahar priġunerija fuq sewqan perikoluż

Raġel ta' 57 sena minn Ħal Qormi ingħata sentenza ta' 18-il xahar priġunerija wara diversi akkużi relatati ma' sewqan ħażin. 

Il-każ infetaħ f'Diċembru 2017, meta l-Ispettur Sergio Pisani kien akkuża lil raġel bi 11-il offiża, minn sewqan bla liċenzja għat-trakk li jsuq sa sewqan perikoluż. 

Hu ma kien wera l-ebda forma ta' rimors, tant li meta kien arrestat qal illi kieku jingħata l-ħelsien mill-arrest kien jimblokka t-triq bit-trakk "u jekk għandek il-b*jd ejja u ressaqni." 

Il-Maġistrat Simone Grech sabitu ħati fuq diversi akkużi, fosthom ukoll li ta dettalji foloz lill-pulizija u li kiser il-paċi pubblika. 

L-akukużat ma jistax isuq sa sentejn wara li jinħeles mill-ħabs. 

More in Qrati u Pulizija