Żewġt irġiel jinżammu arrestati wara li nqabdu jisirqu minn karozzi f'Għawdex

Huma wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom

Żewġt irġiel baqgħu arrestati wara li ġew akkużati b'serq minn diversi karozzi f'Għawdex nhar it-2 u 3 ta' Lulju.

Wieħed mill-akkużati ġie mixli li hu riċediv u li kiser il-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti.

Huma wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom.

L-Ispettur Bernard Charles Spiteri mexxa l-prosekuzzjoni filwaqt li l-avukat Mario Scerri deher għall-akkużati.

More in Qrati u Pulizija