Każ orribbli jinstema' fil-Qorti; Omm tipprova tifga lil bintha b'lazz ta' żarbun

Il-każ seħħ ilbieraħ fiċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far

Dalgħodu fil-Qorti nstema’ każ orribbli ta’ omm li ppruvat toqtol lit-tifla tagħha ta’ disa’ snin.

L-Ispettur Trevor Micallef akkuża lil omm ta’ 30 sena li ppruvat tifga lit-tifla tagħha b’lazz taż-żraben.

L-omm, li taħdem bħala fattiga, hija residenti fiċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far.

Skont l-Ispettur dan il-każ seħħ ilbieraħ, bit-tifla ssofri biss ġrieħi ħfief.

L-omm qed twieġeb mhux ħatja, bid-Difiża ma titlobx għall-ħelsien mill-arrest.

Hija nżammet arrestata.

More in Qrati u Pulizija