Jingħata l-ħelsien mill-arrest is-sewwieq li tajjar żagħżugħ u baqa' sejjer

Il-Qorti ħarġet ordni ta' protezzjoni għall-vittma

Sewwieq li tajjar żagħżugħ u baqa’ sejjer ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti dalgħodu akkużat b’hit and run u li kkawża ġrieħi gravi fuq persuna oħra.

L-akkużat li għandu 25 sena kien arrestat mas-sieħba tiegħu fl-Imsida wara li nhar il-Ħadd li għadda tajjar żagħżugħ ta’ 27 sena f’Ħal Luqa.

Quddiem il-Maġistrat Simone Grech, iż-żagħżugħ kien akkużat ukloll b’sewqan perikoluż.

Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi.

Il-Maġistrat tatu l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €2,500.

Kien ordnat jiffirma tliet darbiet fl-għassa u ordnat josserva curfew.

Huwa kien ordnat ukoll ma jersaqx lejn Santa Venera, filwaqt li nħarġet ordni ta’ protezzjoni għall-vittma.

More in Qrati u Pulizija