Qorti | Raġel ħati li seraq lil żewġ anzjani lura fl-iżbarra

Raġel ta' 52 sena fl-inkwiet mill-ġdid u akkużat b'serq minn ħanut f'Raħal Ġdid...

Membru ta' grupp ta' ħallelin armati li wettqu hold up f'ħanut tal-Convenience f'Raħal Ġdid f'April li għadda kien akkużat f'konnessjoni ma' dan l-inċident u oħrajn. 

L-akkużat ta' 52 minn Bormla deher quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke, bl-akkużi jkunu; kompliċità f'serqa armata, li żamm persuni kontra l-volontà tagħhom u li kien riċediv. Hu kien akkużat ukoll b'assalt u serq minn dar ta' koppja anzjana f'Tas Sliema nhar it-18 ta' Mejju u li weġġa lil raġel ta' 91 sena fil-proċess.  

Camilleri wieġeb mhux ħati, bl-avukati tiegħu jinfurmaw lill-Qorti illi l-ħelsien mill-arrest mhux se jkun mitlub f'dan l-istadju. Huma staqsew ukoll biex ix-xhieda jitilgħu jixhdu kemm jista' jkun malajr. 

Dan ir-raġel kien diġa arrestat għal erba' snin fl-2014 wara li ħataf ġiżirajjen tad-deheb minn għonq żewġ nisa. 

L-Ispetturi li mexxew il-Prosekuzzjoni kienu Fabian Fleri, Lydon Zammit u Oriana Spiteri prosecuted.

More in Qrati u Pulizija