'Jekk jagħtik €10,000 tasal ma tixhedx?' L-għarusa ta' Jordan arrestata mill-ġdid

Il-Qorti llum semgħet kif l-għarusa ta' Jordan Azzopardi offriet somma flus biex persuna ma tixhedx kontra fil-każ tal-għarus tagħha

"Għandek WhatsApp ħalli nikkuntattjak hemm għax iktar sigur? Kemm infaqt f'Tal Pietà (fil-proprjetà li fiha sar rejd tal-pulizija b'arrestio jsegwu)? Jekk jagħtik €10,000 tasal ma tixhedx?"  

Dawn kienu, allegatament, il-mistoqsijiet li saru minn omm ta' ħamest itfal, li kienet toħroġ ma' Jordan Azzopardi, lil persuna terza li kien arrestat ukoll. Azzopardi qed ikun akkużat bi traffikar tad-droga u nqabad wara operazzjoni ta' sorveljanza mill-pulizija li waslet għal rejds differenti fi proprjetajiet differenti.

Dalgħodu xehed il-persuna terza, eks klijent ta' Azzopardi. Hu qal illi l-mara kienet kitbet dawn il-mistoqsijiet fuq biċċa karta biex dawn jaslu għandu minn terza persuna. 

"Qed nitkellem għax issa xbajt," qal hekk kif sostna li dawn in-nies "ilhom jhedduni. Sal-ġimgħa l-oħra stess bdew jhedduni," qal l-eks klijent ta' Azzopardi. 

Din il-biċċa informazzjoni ġdida tefgħet lil mara lura taħt il-kustodja tal-Pulizija u taħt investigazzjoni ġdida mill-pulizija, minkejja li anke hi sostniet li kienet qed tirċievi telefonati mimlijin theddid.

More in Qrati u Pulizija