Qal li l-Pulizija sawtuh ... illum jinstab ħati illi gideb u se jispiċċa l-ħabs

Maximillian Ciantar jintbagħat sena ħabs hekk kif il-Qorti ssibu ħati ta' gideb kontra l-pulizija li arrestawh...

Maximillian Ciantar kien arrestat għal sena wara li nstab ħati li għamel stqarrijiet foloz ta' brutalità fuqu mill-Pulizija.

Il-Qorti, minn naħa tagħha, kkritikat ukoll lil Prosekuzzjoni talli użat data ħażina fuq waħda mill-akkużi, xi ħaġa li waslet biex Ciantar inħeles mill-akkuża li ffabrika l-evidenza kontra persuna oħra.

Ciantar kien meħlus ukoll mill-akkuża li kiser il-kundizzjonijiet ta' sentenza tal-Qorti preċedenti. U dan minħabba li l-kopja tas-sentenza esebita mill-prosekuzzjoni ma kinitx akkumpanjata mill-provi tal-identità tal-akkużat.

Il-każ imur lura għat-28 ta' Mejju 2018 meta Ciantar inqabad isuq mingħajr liċenzja. Hekk kif kien qed jitpoġġa fil-karozza tal-Pulizija beda jgħajjat u jallega li kien qed jissawwat. Hu kien ipprova jdawwar idejh meta kien qed jiġi mmmanettjat f'attentat biex jikkawża ġrieħi fuqu nnifsu. Hu kien imwaqqaf mill-Pulizija wkoll milli jħabbat rasu ma' ħajt fl-għassa tal-Pulizija tal-Ħamrun. 

Il-Qorti qalet illi kienet sodisfatta li l-Pulizija wżat biss forza minima waqt l-arrest ta' Ciantar li kien irrifjuta li jikkoopera. 

 

More in Qrati u Pulizija