Qorti | Missier Liam Debono jirrifjuta li jixhed fil-każ kontra ibnu

Tingħalaq l-evidenza fil-każ li ra lill-Pulizija Simon Schembri kważi jitlef ħajtu...

Missier Liam Debono dalgħodu fil-Qorti uża d-dritt li tagħtih il-liġi fil-każ ta' xhieda kontra xi ħadd fil-familja u ma xehedx fil-każ kontra ibnu. Debono qed ikun akkużat b'attentat ta' qtil ta' pulizija hekk kif saq fuqu u għal naqra ma ħalliehx tal-post. Dan il-każ qajjem għagħa kbira fil-pajjiż b'mixja ta' solidarjetà favur il-Pulizija vittma, Simon Schembri u l-korp tal-Pulzija kollu. 

Uffijċal tal-probation xehed kif f'April Debono rriżulta li kien pożittiv għall-kannabis. 

Is-sid tal-karozza illi fiha kien Debono ukoll għażel li ma jweġibx mistoqsijiet imma spjega kif kien qal lill-Pulizija fuq ix-xena illi hu kien ħalla lill-akkużat isuq ftit, waqt li kienu qed jaħslu l-garaxx. 

Wara li l-evidenza kienet magħluqa l-Maġistrat Joe Mifsud qal illi se jkun qed jgħaddi s-sentenza nhar is-26 ta' Ġunju.

More in Qrati u Pulizija