Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Qorti | Probation għal żagħżugħ li kważi tajjar pulizija

Il-Qorti tinnota li dan għamel 'progress enormi' u li t-testijiet għad-droga rriżultaw fin-negattiv ... 

Albert Gauci Cunningham / 31 ta' Mejju 2019 16:05
Il-Qorti sabet żagħżugħ ħati li kien kważi tajjar pulizija f'karozza misruqa u tagħtu ngħata probation talli ħalla l-karozza mhux imsakkra. 

Il-każ imur lura għal Ottubru meta żagħżugħ li ismu ma jistax ikun ippublikat, seraq karozza tat-tip Nissan fl-Imsida. Il-pulizija kienu sabu l-karozza misruqa waqt ronda li kienu qed jagħmlu. L-akkużat kien qed isuq ma' tfajla.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud, qalet illi ma ssib ebda diffikultà illi temmen il-verżjoni tal-Prosekuzzjoni u qalet illi ż-żagħżugħ kien qed jipprova jimpressjona lit-tfajla. 

Minkejja kollox, il-Qorti qalet illi l-akkużat għamel 'progress enormi' fil-imġieba tiegħu. Fil-fatt jidher illi wara li ngħata l-ħelsien mill-arrest iddedika l-ħin tiegħu għax-xogħol u l-istudju, tant illi impressjona lilll-Uffiċjal tal-Probation b'dan il-progress.

It-testijiet kollha għad-droga irriżultaw fin-negattiv. 

Għal din ir-raġuni l-Qorti ssospendietlu l-liċenzja għal sena u tliet snin taħt ordni ta' probation, billi l-akkużat ikun issorveljat u jsir rapport dwar il-progress tiegħu kull sitt xhur.

L-Avukati Franco Debono u Amadeus Cachia ffurmaw id-difiża.

 

 

Albert Gauci Cunningham, 36 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook