Żagħżugħ li faqa' flixkun tal-birra fuq ras it-tfajla jinżamm arrestat

Fil-Qorti ġie allegat li r-raġel kien taħt l-effett tad-droga meta seħħ l-inċident 

Żagħżugħ ta’ 29 sena nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li weġġa’ lis-sieħba tiegħu meta faqa’ fuq rasha flixkun tal-birra waqt li kien taħt l-influwenza tad-droga.

Il-każ seħħ fit-18 ta’ Mejju meta l-koppja kellhom xi jgħidu f’Paceville.

Fil-Qorti ntqal kif l-akkużat kien qed jieħu d-droga meta t-tfajla tiegħu telqet u marret torqod għand ħabiba tagħha.

L-akkużat mar l-istess residenza aktar tard u sab lit-tfajla tiegħu rieqda waħedha, qajjimha  bil-forza u beda jheddida.

Kien hawn li faqa’ fuq rasha flixkun tal-birra.

Iż-żagħżugħ qed ikun akkużat bi vjolenza domestika, li kkawża feriti ħfief fuq is-sieħba, li żamma kontra r-rieda tagħha u li heddidha.

Id-Difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest u l-akkużat inżamm arrestat.

More in Qrati u Pulizija