Qorti | Inqabad jisraq magna b'€6 fiha u se jlaqqat sitt xhur ħabs

Raġel mill-Marsa jintbagħat sitt xhur ħabs fuq serq aggravat ...

Raġel mill-Marsa ntbagħat sitt xhur ħabs wara li nqabad jisraq flus kontanti minn pompa tal-petrol f'Birkirkara. 

Ir-raġel, li għandu 43 sena, kien arrestat nhar it-Tlieta li għadda mill-Pulzija hekk kif inqbad fil-fatt jisraq minn magna fil-pompa tal-petrol. 

L-ispettur Elton Taliana li mexxa l-Prosekuzzjoni, qal lill-Qorti illi l-magna kull ma kellha kienu €6 fil-ħin tas-serqa. Minkejja dan, ir-raġel kien għamel ħsarat li jammontaw għal €250. 

Ir-raġel instab ħati ta' serq aggravat, ħsara lill-proprjetà, li kien fil-pussess ta' għodda użati għas-serq. Hu kien aċċetta l-akkużi l-ħtija tal-miġjubin kontrih.

Il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace semgħet is-sottomissjonijiet u qablet li sitt xhur tkun is-sentenza ta' priġunerija ideali. 

 

More in Qrati u Pulizija