Żewġ nisa ħatja ta' serq minn karozza ... sentenza ħabs sospiża

Żewġ nisa jinstabu ħatja ta' serq minn karozza u jingħataw piena ħabs sospiża ...

Żewġ ħallelin li serqu tablet tat-tip Samsung minn karozza u flus kontanti, aċċettaw il-ħtija u kienu kkundannati 18-il xahar ħabs sospiżi. Iż-żewġ ħallelin, li huma t-tnejn nisa, waħda minn San Pawl il-Baħar u l-oħra minn Birżebbuġa, it-tnejn li huma għandhom 40 sena.

L-Ispetturi Robert Vella u Matthew Galea ppreżentraw 19-il ritratt meħudin minn CCTV. 

Iż-żewġ nisa qalu lill-Qorti li huma bla impjieg bil-Maġistrat twissi illi jistgħu jiffaċċjaw sentenza ta' priġunerija. Minkejja dan, l-akkużati xorta baqgħu jammettu l-ħtija tal-att. 

Fid-dawl tal-fatt li n-nisa għandhom kondotta nadifa, il-Qorti sabet liż-żewġ akkużati ħatja ta' serq u kkundannathom 18-il xahar ħabs sospiżi għal tliet xhur. 

 

More in Qrati u Pulizija