Ħelsien mill-arrest liż-żagħżugħ li prova jsuq fuq pulizija nhar Ħadd il-Għid

Żagħżugħ li saq lejn il-Pulizija biex allegatament itajjarhom, jingħata l-ħelsien mill-arrest...

Żagħżugħ ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li allegatament prova jsuq fuq żewġ membri tal-korp tal-pulizija nhar Ħadd il-Għid. 

Iż-żagħżugħ minn Ħal Tarxien kien arrestat fi Triq San Ġużepp, il-Ħamrun fejn kien mwaqqaf minn pulizija tat-traffiku fuq ħġieġ tal-karozza 'tinted'. Hu kien għadu kemm waqqaf tfajla u tarbija fiż-żona ta' Mile End. 

Jidher illi ż-żagħżugħ irrifjuta li jobdi l-ordnijiet tal-Pulizija u rrifjuta illi jagħti ċ-ċwievet tal-karozza filwaqt illi saq fuq mutur tal-Pulizija. 

Ir-raġel wieġeb li mhux ħati għall-akkużi miġjubin kontrieh. 

L-akkużat ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta' €4,000 u garanzija personali ta' €20,000 filwaqt li kien ordnat jiffirma l-għassa tliet darbiet kull ġimgħa u jkun ġewwa wara ċerta ħin.

More in Qrati u Pulizija