Aġent tal-proprjetà mill-ġdid fl-inkwiet fuq serq minn djar

Żagħżugħ ta' 32 sena jerġa jinsab fl-inkwiet, din id-darba fuq serq minn appartament f'Ħ'Attard

Raġel ta' 32 sena, li diġa qed jiffaċja numru ta' akkużi oħrajn, inżamm arrestat wara serq minn appartament f'Ħ'Attard.

Huwa kien akkużat bis-serq aggravat ta' flus kontanti, ġojjellerija u oġġetti oħrajn minn dan l-appartament fi Frar li għadda. 

Minn filmati CCTV  jirriżulta li Camilleri niżel minn SUV, ħares lejn vetrina ta' ħanut u daħal fir-residenza, fejn dam 20 minuta

Hu qal li mhux ħati għalkemm ma talabx il-ħelsien mill-arrest minħabba każi oħrajn pendenti illi fihom qed jiffaċċja 27 akkuża u li għalihom diġa jinsab taħt il-kustodja. 

More in Qrati u Pulizija