Wasal Malta b'€25,058 u se jkollu jitlaq bi €33,000 inqas fil-but

Ir-raġel falla milli jiddikjara li kien qiegħed iġorr ‘il fuq minn €10,000 fi flus kontanti meta wasal Malta

Raġel li ġie Malta b’€25,058 fi flus kontanti, spiċċa se jkollu jħalli Malta bi €33,000 inqas fil-but.

Ir-raġel, mill-Ġeorġja, tressaq quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri, akkużat li falla milli jiddikjara li kien qiegħed iġorr ‘il fuq minn €10,000 fi flus kontanti meta wasal Malta.

Huwa wieġeb ħati tal-akkużat anke meta l-Maġistrat wissih dwar il-konsegwenzi li jista’ jiffaċċja, fosthom il-fatt li seta’ jeħel il-ħabs.

B’kollox, ir-raġel kellu fuqu €25,058 fi flus kontanti.

Skont il-liġi, il-piena għal dan ir-reat hija multa ta’ 25% tal-ammont globali li akkużat ikun inqabad iġorr fuqu.

Kien għalhekk li r-raġel ingħata multa ta’ €8,764 filwaqt li kellu €25,058 kkonfiskati.

More in Qrati u Pulizija