Qorti | Care Worker jinżamm arrestat fuq akkużi ta' stupru

Il-vittma tgħid li l-akkużat qabadha minn wara u stupraha waqt li kienet qed tnaqqaf kamra

Care Worker qed jinżamm taħt il-kustodja tal-Pulizija wara illi kien akkużat bl-istupru ta' kollega fuq il-post tax-xogħol. 

L-akkużat, li huwa mill-Indja, kien arrestat illum quddiem il-Maġistrat Monica Vella mill-Ispetturi John Spiteri u Stacy Attard. L-Ispettur Spiteri spjega kif kien irċieva rapport minn mara li kienet qed tallega illi ġiet stuprata waqt li kienet fuq il-post tax-xogħol. 

Hi spjegat kif fl-10 a.m kienet qed tnaddaf kamra meta l-akkużat daħal, qabadha minn wara u stupraha. L-inċident seħħ għal madwar minuta u wara l-akkużat mar jagħmel biċċa ħobż u mar jipprova jkompli, imma sab li n-nies kienu daħlu fil-kamra. 

Il-vittma ċemplet lill-għarus tagħha u għamlet rapport lill-pulizija. 

L-Ispettur qal illi eżaminazzjoni medika kkonfermat li l-istupru kien seħħ. 

Għall-akkużat qed jidhru l-Avukati Franco Debono u Amadeus Cachia, bl-akkużat jirrifjuta l-akkużi kontrih.

Il-Qorti m'aċċettatx it-talba għall-ħelsien mill-arrest u ordnat li l-isem tad-dar tal-anzjani u tal-vittma ma jkunux ippublikati. 

L-Avukat Arthur Azzopardi u Alfred Abela qed jidhru għall-vittma.

More in Qrati u Pulizija