Konferma li qed ikun investigat allegat każ ta' stupru f'dar tal-anzjani

Qed ikun alletat li impjegata kienet stuprata fid-dar tal-anzjani tal-Imtarfa

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva kkonferma li għaddejja investigazzjoni dwar allegat każ ta’ stupru fid-dar tal-anzjani tal-Imtarfa.

Skont ir-rapport ta’ NET TV, impjegata ta’ 23 sena allegatament sfat stuprata waqt li kienet għal ġurnata xogħol fid-dar tal-anzjani.

Qed ikun allegat li t-tfajla kienet stuprata minn carer tal-istess dar.

L-aħbar kienet ikkonfermata mis-Segretarjat Parlamentari li saħaq li għaddejja investigazzjoni dwar dan il-każ.

L-istqarrija tisħaq li dan il-każ qed ikun investigat b’serjetà u qed jingħata l-appoġġ kollu li allegata vittma.

More in Qrati u Pulizija