12-il sena u nofs ħabs għar-raġel li kien ta daqqiet ta' sikkina lil sitt persuni f'Paceville

Kieku ma ammettiex, ir-raġel kellu ċans li jeħel sa 30 sena ħabs

Raġel Libjan li kien ta daqqiet ta’ sikkina lil sitt persuni f’Paceville ngħata sentenza ta’ 12-il sena u nofs ħabs u ntalab iħallas multa ta’ €22,000.

Ir-raġel, li għandu 26 sena, kien tressaq il-Qorti akkużat b’attentat ta’ qtil u li kkawża feriti gravi fuq terzi persuni meta f’wieħed mill-Ħdud ta’ Settembru tal-2015, kien qabad ixejjer daqqiet ta’ sikkina lil dawk li ġew quddiemu f’Paceville.

Il-Qorti tal-Maġistrati ħadet inqas minn xahar biex ir-raġel seta’ jkun akkużat formalment bir-reati.

Skont sorsi li tkellmu ma’ din il-kamra tal-aħbarijiet, il-Qorti Kriminali sabet lir-raġel ħati wara li kien hu stess li ammetta bil-għan ukoll li tonqoslu s-sentenza.

Kieku ma ammettiex, ir-raġel kellu ċans li jeħel sa 30 sena ħabs.

More in Qrati u Pulizija