Il-Maġistrat Mifsud b'ordni ta' protezzjoni lil Manuel Delia u martu

Mara u raġel jitressqu l-Qorti akkużati b'attakk kontra l-mara ta' Delia quddiem il-Qorti

Manuel Delia
Manuel Delia

Il-Qorti dalgħodu imponiet ordni ta' protezzjoni favur Manuel Delia u martu Clemence Dujardin wara li raġel u mara kienu akkużati illi heddew u attakkaw lil Dujardin fi Triq ir-Repubblika, l-Belt Valletta

It-tnejn minn nies, raġel u mara ta' 59 sena u 58 sena rispettivament, deheru quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud fuq akkużi ta' theddid u insulti kontra Dujardin, li kissru l-mowbajl tagħha u li ħadu filmat tal-attakk. 

Dujardin kienet il-Belt qed tagħmel xi xiri meta waqqfet tkellem lil xi attivisti quddiem ix-xemgħat u fjuri mpoġġijin biex titfakkar Daphne Caruana Galizia. F'ħin minnhom, meta semgħet lil xi nies joffendu lill-attivisti bdiet tieħu filmat, bil-konsegwenza li seħħ l-attakk.  

Il-maġistrat fakkar illi kulħadd għandu dritt jesprimi lilu nnifsu mingħajr biża' li jweġġa' filwaqt li wissa' illi tal-azzjoni tagħhom l-akkużati jistgħu jeħlu sa ħames xhur priġunerija. 

iż-żewġ akkużati ammettew il-ħtija bir-raġel jingħata l-libertà kkundizzjonata filwaqt li l-mara kienet mwissija. 

"Ma misskhomx wasaltu s'hawn ... għandhom dritt jesprimu lilhom infushom bħalkom. Dak huwa l-ġmiel ta' dan il-pajjiż, li ma naqblux imma xorta ngħixu flimkien."

Minkejja li l-maġistrat talab li jieħdu b'idejn xulxin, l-avukat ta' Dujardin Andrew Borg Cardona qal illi kien għadu kmieni wisq."

 

More in Qrati u Pulizija